L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza serje ta’ laqgħat fuq l-importanza tal-familja fis-soċjeta’ tal-lum bit-tema ‘It-Tisħiħ tal-Familja’. L-iskop ta’ dawn il-laqgħat hu li l-studenti u l-pubbliku in ġenerali jagħraf l-importanza ta’ stili ta’ ħajja u valuri li jgħinu l-familja Maltija tikber fl-unita’ u l-imħabba. Permezz ta’ dawn il-laqgħat in-nies ser jiġu mistiedna jirriflettu fuq il-valur tal-familja filwaqt li ser jiġu ppreżentati b’għodod kif tista’ tissaħħaħ il-familja. Dawk ser ikunu wkoll ta’ għajnuna għal dawk li jaħdmu mal-familji.

Dan il-kors ta’ 7 laqgħat ser jittratta:

1. Il-valur tal-familja għadu jagħmel sens illum? Riflessjonijiet ta’ kittieb.

Prof Oliver Friggieri Awtur and poeta

It-Tlieta 1 ta’ Marzu | 17:30-19:00

2. Kristu u l-Familja Nisranija fi-dawl tan-Nota Pastorali fuq il-Familja tal-Isqfijiet Maltin. (tkun bl-Ingliż)

Rev Arthur Vella sj

It-Tlieta 8 ta’ Marzu | 17:00-18:30

3. L-Unjoni Ewropea kif tara’ l-familja u t-tisħiħ tagħha? (tkun bl-Ingliż)

Dr Simon Busuttil, Prof Edward Scicluna Ewro-Parlamentari

Il-Ġimgħa 11 ta’  Marzu | 17:30-19:00

4. X’inhu l-irwol tal-ekonomija fit-tisħiħ tal-familja? (tkun bl-Ingliż)

Dr Gordon Cordina Konsulent ekonomiku u lecturer fid-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Universita’ ta’ Malta

It-Tlieta 15 ta’  Marzu | 17:00-18:30

5. Metodi li joffru għajnuniet lill-familji bi problemi. (tkun bl-Ingliż)

Dr Michael Tanti-Dougall – Avukat

Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu | 17:30-19:00

6. L-importanza tal-familja fl-Istat. (tkun bl-Ingliż)

L-E.T. Dr Edward Fenech Adami President Emeritus ta’ Malta

It-Tlieta 22 ta’  Marzu | 17:30-19:00

7. Aspetti tal-familja Maltija llum. (tkun bl-Ingliż)

Dr Andre’ J. Camilleri – Moviment ‘Żwieġ bla Divorzju’

It-Tlieta 29 ta’ Marzu | 17:30-19:00

Il-laqgħat kollha ser isiru fil-Kappella tal-Universita’ ta’ Malta. Għal-aktar informazzjoni ibgħat email fuq [email protected]