L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza Lectio Divina nhar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2011, fis-7:30 p.m. fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani, l-Imdina, immexxija minn Rev Fr. Martin Micallef OFM Cap. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li tinqara silta mill-Kelma t’Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghstmalta.org