Abortion

Il-Patrijarka Ortodoss Kirill ta’ Moska u r-Russja kollha ippropona lill-President Russu Dimitri Medvedev serje ta’ policies dwar il-familja li jirrestrinġu l-aċċess għall-abort. Ir-rapport ħareġ mill-Aġenzija France Presse.

Il-proposti, li jimmarkaw l-ewwel pass tali mill-Knisja Ortodossa Russa, irrakkomandaw policies speċifiċi lill-Gvern Russu, qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-Istat fuq it-tema tal-familja. Fost affarijiet oħrajn, il-Patrijarkat qed jitlob li l-ispejjeż tal-abort ma jkunux iżjed koperti mis-sistema tas-saħħa, sakemm ma jkunx każ ta’ periklu tal-mewt għall-mara. Jipproponi wkoll l-obbligu li tingħata informazzjoni lin-nisa dwar il-konsegwenzi negattivi tat-tqala interrotta, fost oħrajn.  Id-dokument tal-Knisja Ortodossa jipproponi wkoll l-introduzzjoni ta’ Ċentru ta’ kriżi b’persuni professjonali li jagħtu appoġġ b’counselling lil min ikun fil-ħtieġa.

Reazzjonijiet inizjali għal dawn il-proposti mill-Knisja Ortodossa ddeskrivewhom bħala “moderati” minn punto di vista reliġjuża, anki jekk qed tkun proposta xi forma ta’ kompromess waqt li l-Ortodossi huma kontra l-abort.