UĊUĦ – Live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 5 ta’ Jannar 2011 fid-9.35pm b’repetizzjoni il-ĦADD wara l-aħbarijiet tas-2.00pm.

Tema: Id-dixxiplinaKemm hu importanti li t-tfal jitilgħu b’dixxiplina?  U x’tip ta’ dixxiplina għandna nuzaw?  Meta għandna nużaw id-dixxiplina?

Tlett mistiedna jiġu jiddiskutu separatament  dan is-suggett wara li nsiru nafuhom ftit aktar mil-lat personali.

Alfred Mallia ser jerġa jikteb silta ta’ drama dwar is-suggett anke sabiex it-telespettaturi jifhmu aħjar it-tema.  Fr Peter Serracino Inglott ukoll bl-għerf tiegħu, imma b’mod sempliċi, jiddiskuti dan is-suġġett permezz tal-kitba tieghu.  It-telespettaturi huma mistiedna jipparteċipaw fil-programm billi jċemplu fuq 21445544 jew  jibgħatu sms fuq  50613710.

Preżentazzjoni: Marthese Brincat

SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar it-Tlieta 6  ta’ Jannar 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Erbgħa fit-3pm u l-Ħadd fl-10.30am

Tema: Il-Fiduċja

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Għal din is-sensiela Fr Joe Inguanez – soċjologu – ser jikteb tlett features qosra li ser jirrelataw mas-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.

It-tema ser tiġi ttrattatha minn lenti differenti, minn sitwazzjonijiet differenti, minn opinjonijiet differenti.  Rokna differenti minn tas-soltu ser tkun intervista ma’ artist fejn ser jagħtina nformazzjoni dwar pittura jew skultura speċifika li jkun għamel, il-ħsieb warajha u dak li ried iwassal.

BIL-KELMA T-TAJBA – Il-Ħamis 6 ta’ Jannar 2011  fil-5.00pm fuq ONE TV b’repetizzjoni l- Ħadd fis-7.30am

Inżuru: Kappella fil-Birgu

Evanġelju: Il-Maghmudija ta’ GesuDin il-ġimgħa Edward Wright ser jerġa’ jżur kappella oħra fil-Birgu fejn fiha jinsabu rikezzi ta’ pitturi u oġġetti oħra sagri.

Il-prezentatur Edward Wright ser jitkellem mal-kappillan dwar l-Evanġelju, filwaqt li Fr Marcello Ghirlando ofm, ser jagħti tagħrif tal-kuntest storiku.

GĦAŻLIET – fuq Education 22 nhar it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fl-4.30pm u t-Tnejn ta’ wara, fin-nofs siegha.

Tema:  Maħfra

Omm tista’ taħfer lit-tifla li ma tkunx trid tieħu ħsiebha issa li kibret u ma tistax tieħu ħsieb tagħha nnifisha minhabba mard?   Tifla tista’ taħfer lil Ommha li tefgħetha l-barra għax ħarġet tqila u ma tafx min hu l-missier? Tifel jista’ jaħfer lil missierhu li għandu l-business tiegħu u lilu qatgħu kompletament minnu?   Dawn huma sitwazzjonijiet li niltaqghu maghhom kuljum.   Huma sitwazzjonijiet li mhux dejjem wieħed jista’ jsib soluzzjoni għalihom.  GĦAŻLIET permezz tal-mistiedna fl-istudios, ta’ l-esperjenza u ta’ l-istorja li jipprezenta fil-bidu tal-programm jipprova jagħti tweġibijiet għal dawn il-mistoqsijiet.

Prezentazzjoni: Christine Delicata