Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru, 2010, l-ogħla uffiċjali tal-Union Ħaddiema Maqgħudin, immexxija mill-President, is-Sur Gejtu Vella, u s-Segretarju Ġenerali, is-Sur Gejtu Tanti ppreżentaw lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, id-dokument tal-istess Union ‘Vizjoni Soċjali 2015’. Matul din il-prezentazzjoni l-Arċisqof Pawlu Cremona tkellem dwar il-valuri li jmexxu lill-Knisja u l-ġid li joħroġ ghas-soċjeta kollha jekk kemm-il darba l-vizjoni li jkollna tkun mibnija fuq dawn il-valuri. L-Arċisqof rringrazzja lill-uffiċjali tal-UĦM tal-inizjattiva tagħhom u għax-xogħol li huma jwettqu f’isem il-ħaddiema.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]