-
-
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
25 ta’ Diċembru 2018Dun Ġorġ Preca għallimna ngħożżu silta minn dan l-Evanġelju li għadna kemm qrajna. Dan huwa l-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Hu kien jgħallimna ngħożżu din is-sentenza sabiħa: “Verbum Dei caro factum est”.
Fi tfuliti kont titla’ fuq il-karozza tal-linja u taraha miktuba mdawra b’ħafna affarijiet oħrajn imma almenu kien ikun hemm ukoll din is-sentenza. Kont tmur fid-djar u tara xi stiker b’dawn il-kelmiet qaddisa. Kienet kultura li introduċa dan is-saċerdot qaddis u tfakkarna f’misteru kbir: l-Iben ta’ Alla sar bniedem.
Hu propju dan li qegħdin niċċelebraw illum f’din il-festa solenni tal-Milied. Ħafna drabi fis-silta li għadna kemm smajna bl-Ingliż tidwi l-kelma ‘dawl’, ‘luce’ bit-Taljan, ‘light’. Hemm sentenza li tagħmlilna kuraġġ u llum timliena bit-tama. “Id-dawl jiddi fid-dlam, id-dlam ma għelbux” (Ġw 1:5). “The light shines in the darkness and the darkness will not overcome it”. “La luce brilla nelle tenebre e le tenebre non la vinceranno”. Perché? Perche la luce di Gesù è una luce profonda ed eterna che illumina il cuore dell’uomo e risponde alla sete dell’uomo e della donna di ogni tempo.
U għalhekk illum nifirħu fid-dawl ta’ Ġesu għax fid-dawl tiegħu aħna naraw risposta għad-dlamijiet li kultant fil-ħajja jegħlbuna. F’dan il-jum ta’ dawl, ejjew nimtlew bit-tama. Kull fejn naraw id-dlamijiet f’ħajjitna, ejjew inħallu ’l Ġesu jiddi bid-dawl tiegħu. Jekk aħna mtaqqlin bid-dlam tad-dnub jew tal-vizzju, tas-solitudni, bid-dlam tar-regħba, ejjew nilqgħu lil Ġesu li bid-dawl tal-verità tiegħu jsaffina, idawwalna, iqawwina u jagħmlilna kuraġġ.
The Gospel we heard today from John talks about light overcoming darkness. Let us allow Jesus in, in those rusty corners of our lives where darkness reigns. Let us bring the light of Jesus to those dark corners of our lives, corners and dark corners of vice, of sin, of indulgence. Let us bring his light of mercy, wisdom, comfort, and healing. This is the hope of Christmas: the light of Jesus that overcomes our darkness.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
1 -
-
-
-
-
-
Ritratti: knisja.mt/ritratti