Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f’Birkirkara din is-sena biex jitfakkar iċ-ċentinarju mill-Inkurunazzjoni solenni tax-xbieha tal-Madonna tal-Ħerba, meqjuma fis-Santwarju f’din il-lokalità, nhar it-Tnejn 5 ta’ Lulju se ssir Konferenza min-Nunzju Apostoliku f’Malta, Monsinjur Tommaso Caputo.

F’kummenti li ta lil IL-ĠENSILLUM online, Philip Xuereb f’isem il-Kumitat Organizzattiv fisser li t-tema ta’ din il-Konferenza se tkun l-ispiritwalità Marjana.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com