intercultural dialogue

Fl-Universita ta’ Zurich, illum beda Simpożju li qed jiġbor skulari internazzjonali bil-ħsieb li ‘jibnu pontijiet’ bejn l-Ewropa u l-Asja, bejn ix-xjenzi naturali u l-umanistiċi, u anki modi differenti ta’ ħsieb. Dan kien l-għan li tpoġġa quddiem is-Simposju ta’ jumejn bit-tema ‘L-Ewropa fiċ-Ċina – Iċ-Ċina fl-Ewropa: Bix-xjenza u t-Teknoloġija naslu għad-Djalogu Interkulturali’.

L-attivita qed issir ad unur tal-400 anniversarju mill-mewt ta’ Matteo Ricci (1552-1610), missjunarju Ġiżwita mill-Italja li ħadem fl-Asja u li l-organizzaturi tal-konferenza jsejħulu l-‘protagonista tal-interazzjoni maċ-Ċina permezz tax-xjenza’. Is-Simpożju qed ikun sponsorjat mill-Assoċjazzjoni Svizzera-Ċiniża u mill-Kamra tal-Kummerċ Svizzera-Ċiniża.

Illum, il-preżentaturi taw indirizzi differenti dwar “il-Protagonisti ta’ skambju kulturali bejn l-Ewropa u ċ-Ċina”.

Benjamin Elman mill-Universita ta’ Princeton, tkellem dwar il-viżjoni Macartney  tal-1793 fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-Missjoni Ġiżwita fiċ-Ċina. Huwa tkellem dwar l-iżvilupp tal-istorja taċ-Ċina fix-xjenza naturali u anki semma s-suċċessi li n-nies tal-Punent ftit jafu dwarhom.

Irrikonoxxa wkoll r-rwol tal-missjunarji kattoliċifil-mod kif għadda t-tagħrif, fil-mod kif wasal t-tagħlim Ewropew fiċ-Ċina u fil-mod kif dak kollu għaddej fl-Asja twassal lill-Ewropej. Fid-dawl ta’ sotto-stima għall-isforzi Ċiniżi dwar t-tagħrif li twassal mill-Ġiżwiti, Elman inkoraġixxa l-istudju tal-istorja minn perspettiva Ċiniża sabiex ikunu valutati l-kisbiet li saru tul is-snin.