It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek l-istatwa ta’ ‘Omm Alla’, li tinsab quddiem id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. L-istatwa tirrappreżenta lill-Madonna b’espressjoni ta’ dieqa f’wiċċa, b’turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b’ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b’idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta’ l-isptar. Il-mantell tal-madonna jgħaddi jixref minn taħt saqajn il-bambin, b’sinifikat ta’ rispett divin kif jixhed l-isem ta’ l-istatwa u l-isptar innifsu: Mater Dei – Omm Alla.
L-istatwa monumentali għolja tlett metri hija opra artistika fil-bronz u ssawret fl-iskultura minn Christopher Ebejer, filwaqt li ġiet fonduta fil-bronż mill-fonderija Joseph Chetcuti.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.