Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid preseduti mill-Papa Benedittu XVI se jkunu aċċessibbli online direttament fuq l-internet. Ix-xandiriet se jingħataw fuq is-sit www.Pope2You.net sponsorjat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, bil-għan li dawk kollha li jiffrekwentaw u jippreferu li jużaw l-internet, isegwu minn madwar id-dinja kollha dak li se jkun qed isir fil-Ġimgħa Mqaddsa.
Kummentarji tul ix-xandiriet se jingħataw bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol. It-testi involuti fiċ-ċelebrazzjonijiet se jkun possibbli li wieħed iniżżilhom. Is-servizz huwa operat u promos miċ-Ċentru televiżiv tal-Vatikan, minn Radju Vatikan, u bl-appoġġ tekniku ta’ H2O News.
Ma’ dan is-servizz, is-sit www.Pope2You.net qed toffri wkoll ġabra ta’ kartolini bix-xbieha tal-Papa b’awgurju għal Għid tajjeb. Is-sit jippermetti li wieħed jibgħat l-isbaħ xewqat lil ħbieb fuq facebook u anku permezz ta’ messaġġi elettroniċi.