L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra t-tielet anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta, nhar il-Ħadd, 24 ta’ Jannar 2010, fil-5.30pm.
L-għada, Mons, Arċisqof jiċċelebra għeluq l-64 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fil-25 ta’ Jannar 1946.
Mons. Cremona ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda wkoll is-servizz tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.
Ċirkulari tal-Kurja tħeġġeġ lill-membri tal-Knisja jitolbu biex il-Mulej iħares u jseddaq lill-Arċisqof “biex ikun għalina ta’ ġid fir-ruħ, bil-kelma u bl-eżempju, ħa jwassalna miegħu fil-hena ta’ dejjem.”