• L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi inawgura u bierek l-ewwel Via Lucis f’Malta li tinsab fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.

    L-Istazzjonijiet tal-Qawmien, bil-Latin magħrufa bħala Via Lucis, huma l-14-il stazzjon wara l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu sa Għid il-Ħamsin. Permezz tal-Via Lucis, li twaqqfet fl-Italja 30 sena ilu, in-Nisrani jfakkar il-Qawmien ta’ Gesù li permezz tiegħu għadda mid-dlamijiet tad-dnub għad-dawl tal-grazzja tal-Mulej.

    L-istazzjonijiet tal-Via Lucis fil-Knisja tal-Immakulata Kuncizzjoni huma magħmula mill-injam nħadmu fl-Italja. Dan il-proġett sar fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għal dan l-anniversarju, illejla, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali.

     

  • Ritratti: knisja.mt/ritratti