-
-
Il-kunċert annwali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Persuni b’Diżabilità, se jsir fil-Katidral tal-Imdina nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2018, fit-8pm. Il-kunċert vokali u strumentali se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u Mons. Arċisqof Charles J Scicluna. Il-kunċert se jsir bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan. Bħala parti mill-kunċert jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2018.
Il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg bis-sehem tal-Coro Bel Canto, immexxi mis-Surmast Hermann Farrugia Frantz. Se jindaqqu xogħlijiet ta’ Theodore Moses Tobani, Pyotr IlyichTschaikovsky, Wolfgang Amadeus Mozart, Arnold & Brown, Johann Sebastian Bach, Carlo Giuseppe Rossi, Kurt Hahn, Cesar Frank, Karl Jenkins u George Frideric Handel.
Id-diskors ewlieni li din is-sena se jsir minn Dr Alistair Degaetano li se jiffoka fuq l-awtiżmu.
Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn u kulħadd huwa mistieden. Biljetti tad-dħul jistgħu jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 2146 2844 jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Biljetti jistgħu jinkisbu wkoll mill-Media Centre, il-Blata l-Bajda, u mill-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fi Triq San Pawl fil-Belt li jkun miftuħ mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9am u nofsinhar.
10