• Il-Ġimgħa, 19 ta Ottubru 2018, grupp ta’ madwar 25 pellegrin mid-Djoċesi ta’ Montauban fi Franza, żaru l-Kurja tal-Arċisqof għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u wara ltaqgħu mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Huma kellhom ukoll l-opportunità jifhmu r-realtà pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-ħidma li ssir mill-Knisja fis-soċjetà.