-
-
It‑Tlieta 4 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑Inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina fil‑Bażilika Minuri, l‑Isla.
Il‑Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 9 ta’ Settembru, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Motherhouse ta’ Sant’Agata tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), ir‑Rabat, bħala parti mill‑Konferenza Plexus 2018 ‑ Ma’ Ġesù fil‑Periferiji, għal dawk involuti fil‑pastorali maż‑żgħażagħ.
Il‑Ġimgħa 21 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 22 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċa.
Il‑Ħadd 23 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek l‑istatwa ta’ San Ġorġ Preca fil‑parroċċa tas‑Swatar.
It‑Tnejn 24 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Piju ta’ Pietralcina, fil‑Knisja Parrokkjali tat‑Trinità, il‑Marsa.
Il‑Ħamis 27 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ San Vinċenz de Paul, fir‑residenza tal‑anzjani San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa.
Is‑Sibt 29 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema, fl‑okkażjoni tal-100 anniversarju mit‑twaqqif tal‑parroċċa, u matul il-Quddiesa issir l‑inkurunazzjoni tal‑istatwa tas‑Sultana tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.