Is-Sur Michael Pace Ross
Michael Pace Ross twieled San Ġiljan fit-2 ta’ Mejju 1973. Huwa nħatar Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-28 ta’ Mejju 2015. Huwa Direttur mhux eżekuttiv tal-APS Bank plc u tal-Amalgamated Investments SICAV plc. Huwa wkoll membru tal-Bord tal-Voluntary Solidarity Fund, inizjattiva ta’ karita’ li tħaddan il-valuri essenzjali ispirati mit-tagħlim soċjali Kattoliku dwar is-solidarjeta’.
Is-Sur Pace Ross kien id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għal sitt snin, u kien responsabbli miċ-ċensiment nazzjonali li sar fl-2011. F’din il-kariga, irrappreżenta lil Malta f’diversi kumitati tal-istatistika Ewropej, u kien membru fil-European Statistical Advisory Committee (ESAC). Kien ukoll membru ex officio fil-Bord tal-Malta Statistics Authority u fir-Retail Price Index Advisory Committee.
Fl-2019, is-Sur Pace Ross ġie maħtur Kavallier tal-Ordni tal-Qabar Imqaddes mill-Kardinal Edwin Frederick O’Brien.
Is-Sur Pace Ross miżżewweġ u joqgħod il-Mellieħa.
Telefon
2590 6400/25906750
Imejl
Uffiċċju tal-Amministrazzjoni
Fl-1976 il-Provinċja Ekklesjastika Maltija tat bidu għal riforma amministrattiva biex l-amministrazzjoni tal-entijiet ekklesjastiċi kollha jiġu ċentralizzati u amministrati b’mod professjonali ħa jgħinu aħjar il-Knisja fil-qadi tar-responsabbilitajiet pastorali tagħha. Bl-għajnuna tas-Santa Sede, fl-1972, kien tħejja dokument bażiku biex jgħin ħa sseħħ din ir-riforma. Dan id-dokument jitlob li jkun hemm Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, iffurmat minn għadd ta’ rappreżentanti tal-entijiet ekklesjastiċi, bil-għan li jiddeterminaw b’liema mod għandha tiġi amministrata l-proprjetà tal-Knisja, u Kumitat Finanzjarju Djoċesan, iffurmat minn għadd ta’ esperti finanzjarji biex jieħdu ħsieb l-aspett tekniku tal-amministrazzjoni.
Ħinijiet tal–ftuħ
L-Uffiċċji tal-Amministrazzjoni huma miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00 am sal-4:30pm.
Tajjeb li jsir appuntament permezz tas-segretarja fuq 2590 6403.
Is-Segretarji Amministrattivi tal-Arċidjocesi ta’ Malta
1973-1979 Mgr. Guido Calleja
1979-1987 Mgr. Philip Calleja
1987-1993 Mgr. Edgar Attard
1993-1994 Dun Valentino Borg
1994-1999 Mgr. Guzeppi Bugeja
1999-2005 Mgr. Moses Borg
2005-2015 Mgr. Anton Portelli
2015- Is-Sur Michael Pace Ross