Segretarju Amministrattiv

Is-Sur Michael Pace Ross

Michael Pace Ross twieled San Ġiljan fit-2 ta’ Mejju 1973. Huwa nħatar Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-28 ta’ Mejju 2015. Huwa Direttur mhux eżekuttiv tal-APS Bank plc u tal-Amalgamated Investments SICAV plc. Huwa wkoll membru tal-Bord tal-Voluntary Solidarity Fund, inizjattiva ta’ karita’ li tħaddan il-valuri essenzjali ispirati mit-tagħlim soċjali Kattoliku dwar is-solidarjeta’.

Is-Sur Pace Ross kien id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għal sitt snin, u kien responsabbli miċ-ċensiment nazzjonali li sar fl-2011.  F’din il-kariga, irrappreżenta lil Malta f’diversi kumitati tal-istatistika Ewropej, u kien membru fil-European Statistical Advisory Committee (ESAC). Kien ukoll membru ex officio fil-Bord tal-Malta Statistics Authority u fir-Retail Price Index Advisory Committee.

Fl-2019, is-Sur Pace Ross ġie maħtur Kavallier tal-Ordni tal-Qabar Imqaddes mill-Kardinal Edwin Frederick O’Brien.

Is-Sur Pace Ross miżżewweġ u joqgħod il-Mellieħa.

Telefon

2590 6400/25906750

Imejl

michael.pace.ross@maltadiocese.org

Uffiċċju tal-Amministrazzjoni

Fl-1976 il-Provinċja Ekklesjastika Maltija tat bidu għal riforma amministrattiva biex l-amministrazzjoni tal-entijiet ekklesjastiċi kollha jiġu ċentralizzati u amministrati b’mod professjonali ħa jgħinu aħjar il-Knisja fil-qadi tar-responsabbilitajiet pastorali tagħha. Bl-għajnuna tas-Santa Sede, fl-1972, kien tħejja dokument bażiku biex jgħin ħa sseħħ din ir-riforma. Dan id-dokument jitlob li jkun hemm Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, iffurmat minn għadd ta’ rappreżentanti tal-entijiet ekklesjastiċi, bil-għan li jiddeterminaw b’liema mod għandha tiġi amministrata l-proprjetà tal-Knisja, u Kumitat Finanzjarju Djoċesan, iffurmat minn għadd ta’ esperti finanzjarji biex jieħdu ħsieb l-aspett tekniku tal-amministrazzjoni.

Ħinijiet tal–ftuħ

L-Uffiċċji tal-Amministrazzjoni huma miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00 am sal-4:30pm. 

Tajjeb li jsir appuntament permezz tas-segretarja fuq 2590 6403.

Is-Segretarji Amministrattivi tal-Arċidjocesi ta’ Malta

1973-1979       Mgr. Guido Calleja

1979-1987       Mgr. Philip Calleja

1987-1993       Mgr. Edgar Attard

1993-1994       Dun Valentino Borg

1994-1999       Mgr. Guzepp​i Bugeja

1999​-2005       Mgr. Moses Borg

2005-2015       Mgr. Anton Portelli

2015-               Is-Sur Michael Pace Ross