Il-komunitajiet ta’ Ħajja Nisranija huma moviment internazzjonali ta’ lajċi, irġiel u nisa, żgħażagħ u adulti, minn kull ambjent tal-ħajja, li jixtiequ jgħixu iktar qrib ta’ Ġesu’, u jipparteċipaw fil-missjoni tiegħu. Għal dan il-għan huma jfittxu li jgħixu skond l-ispirtu ta’ San Injazju ta’ Loyola. Il-membri jiltaqgħu regolarment fi gruppi żgħar biex iħeġġu lil xulxin jgħixu ħajja mibnija fuq il-valuri tal-Vanġelu. Dawn il-gruppi żgħar, imbagħad, jingħaqdu f’komunitajiet ikbar, skond ir-reġjuni u n-nazzjonijiet, b’mod li jiffurmaw Komunita’ Dinjija. F’Malta u Għawdex, bħalissa, hemm mal-272 membru, il-biċċa l-kbira żgħażagħ, li jiltaqgħu f’23 komunita’, ilkoll bil-karattru u l-istorja tagħhom. Il-Komunita’ Mexxejja tiġi magħżula biex isservi ta’ ħolqa bejn il-komunitajiet lokali kif ukoll mal-Komunita’ Dinjija; hija tagħti direzzjoni u tikkoordina ir-riżorsi li jeżistu.
Website
https://www.facebook.com/ChristianLifeCommunityMalta/
Email
[email protected]
Indirizz Postali
CLC Malta
Dar patri Manwel Magri
Triq Mons Carmelo Zammit
Msida MSD 2020
Malta
President
Alison Vella
Viċi President
Cristina Spiteri
Segretarju
Mario R. Sammut
Teżoriera
Therese Mamo
Membri
John Caruana
Maria Blanco
Bernard Bugeja
Assistent Ekkleżjastiku
Fr Christopher Vella sj