It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa, u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, Tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ programm tar-Radju fuq Radju Marija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Birkirkara.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-għalliema u l-impjegati tas-Seminarju Minuri u joqgħod magħhom għall-ikel.

4.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi djalogu tal-Forum tal-Għaqdiet u l-Movimenti Kattoliċi.

6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa organizzata mill-Aġenzija Caritas għall-persuni separati.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ‘A’ ta’ Birkirkara.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, zona tal-Vitorja, Birkirkara.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Birkirkara.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-KDZ biex jingħata aġġornament dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2010 f’Madrid.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-Konferenza Episkopali u l-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjuzi.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Finanzjarju Djoċesan.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Pastorali Djoċesan.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi Translazzjoni, Għasar u Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt.

Il-Ħadd

8.00 a.m. L-Arċisqof imexxi purċissjoni u wara jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

5.00 p.m. L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Grizma fil-parroċċa ta’ San Ġuzepp Ħaddiem, Birkirkara.