It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-membri ta’ l-istaff tas-Seminarju u membri tal-Fakulta tat-Teologija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġenituri u tfal fil-parroċċa ta’ Ħad Dingli, u wara ssir il-preżentazzjoni tat-tfal lil Santa Marija.
L-Erbgħa
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Onor Dolores Cristina, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, fil-Kurja.
Il-Ħamis
11.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-preżentazzjoni u jbierek van ġdid li ser jintuża għas-servizz tad-Dar tal-Providenza, Siggiewi.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Eċċ.za Rev.ma Mons. Robert Camilleri, OFM, Isqof fil-Honduras.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-uffiċċjali tad-Djoċesi dwar ir-rapport tal-Vizta Pastorali li saret fil-Parroċċa ta’ S. Elena B’Kara.
Is-Sibt
Il-Ħadd
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Fr Ray Francalanza O.S.A. bħala Kappillan tal-parroċċa ta’ Santu Wistin, Valletta.