It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Erwieħ Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Azzjoni Kattoliku (ŻAK), fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Għargħur, Dun Albert Schembri,  bi tħejjija għaż-Żjara Pastorali li ser issir fil-parroċċa tiegħu.

11.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani, fil-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi fis-Seminarju, f’Tal-Virtu.

Il-Ħamis

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ ġurnalisti kattoliċi mill-Ġermanja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

10.00 a.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek il-Fakulta’ l-ġdida tax-Xjenzi tas-Saħħa, fl-Universita’ ta’ Malta u fl-Isptar Mater Dei.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju ta’ l-Isqfijiet u l-membri tal-Kapitlu Metropolitan, fil-Katidral tal-Imdina.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili fil-Għargħur bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ġimgħa

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri li ffurmaw parti mill-bord tat-tmexxija tal-RTK, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Grupp ACTS tal-Youth Fellowship li jwettaq missjoni ta’ evangelizazzjoni fl-iskejjel.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jordna lir-Rev. Robert Galea bħala Presbiteru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija, fil-Għargħur.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Għargħur, u wara jiltaqa man-nies.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ saċerdoti flimkien u jiekol magħhom fil-Għargħur.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Marija, fil-Għargħur.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ Santa Marija ta’ l-Anġli, f’Baħar iċ-Ċagħaq.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani u joqgħod magħhom għall-ikel, f’Baħar iċ-Ċagħaq.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.