It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Arcisqof Bekhomious, l-ewwel Assistent tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Shenouda III, Papa ta’ Alessandrija u Patrijarka tal-Knisja Ortodossa Kopta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet f’Dar San Ġuzepp, Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies tal-parroċċa ta’ Żabbar, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa ta’ Żabbar u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja tax-Xagħjra, Żabbar.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tat-Tagħlim S. Andrija, tal-Parroċċa ta’ Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies tal-parroċċa ta’ Żabbar.

L-Erbgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jipresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM  tal-bniet, Żabbar.

6.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet ta’ l-Ursolini, Żabbar.

7.30 p.m. L-Arcisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika Parrokjali ta’ Żabbar.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘B’ ta’ Żabbar.

5.00 p.m. L-Arcisqof iżur ir-residenti ta’ Dar Sagra Familja u jiltaqa’ mas-sorijiet ta’ St. Joseph, Żabbar.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Żabbar.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-istaff tas-Seminarju Maġġuri, f’Dar San Ġuzepp, Rabat.

Is-Sibt

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp pastorali taż-żona ta’ S. Andrija , Żabbar.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tas-Salib Imqaddes, Żabbar.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali tax-Xagħjra, Żabbar.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tax-Xagħjra, Żabbar, u wara jiltaqa’ man-nies.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu.