It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieħa u wara jattendi ikla fi tmiem il-ħidma ta’ Fr Dominic Scerri O.P. bħala Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Nisranija.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Caritas, il-Kurja.

Il-Ħamis

8.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa nformali ma’ gruppi ta’ żgħażagħ minn Ħ’Attard fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

Il-Ġimgħa

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet Kan. Louis Suban fil-Kurja, dwar iż-żjara pastorali tiegħu r-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

11.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ‘Midnight Walk’ organiżżata mill-Hospice Movement, li tibda mill-Pjazza ta’ Buġibba.

Is-Sibt

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi l-ftuħ tas-Sena Pastorali taċ-Ċentru Vokazzjonijiet, fis-Seminarju.

Il-Ħadd

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-50 anniversarju tat- 12th May Band Club, f’Ħaż-Żebbuġ.