It-Tnejn

6.00 p.m.L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ saċerdoti li qed jiċċelebraw il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Kungress Internazzjonali tal-Katekisti, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Għaqda Każini tal-Banda, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-purċissjoni tradizzjonali ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

12.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq TVM.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Bord tal-Fakulta tat-Teoloġija u mal-istaff tas-Seminarju, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jattendi preżentazzjoni mill-Lion’s Club (Sliema) lid-dar tal-anżjani tal-Knisja ‘Dar Saura’, f’Dar Saura, ir-Rabat.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ċena organizzata mill-E.T. Mons. Ivan Devcic, Arċisqof ta’ Rijeka, Kroazja, li se jkun Malta biex imexxi pellegrinaġġ.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-E.T. Mons. Ivan Devcic, Arċisqof ta’ Rijeka, Kroazja, fil-Knisja ta’ San Pawl, ir-Rabat.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bil-publikazzjoni “Sicut Lilium – Devozzjoni u Ritwali tas-Sekli” mis-soċjetà mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-seba’ anniversarju tal-Elezzjoni tal-Papa Benedittu XVI, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-inawgurazzjoni tal-Monument tal-Gwerra li ġie rrestawrat, fil-Furjana.

Il-Ħadd

11.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb f’Paċeville, jiltaqa’ mal-patrijiet Agostinjani u jibqa magħhom għall-ikel.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-70 sena anniversarju mill-għoti tal-George Cross, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.