• 30 ta’ Diċembru – 5 ta’ Jannar

  • It-Tnejn          
    6.00 p.m.         L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb mal-lajċi Dumnikani, fl-Istitut Apap, Santa Venera.
     
    It-Tlieta          
    2.00 p.m.         L-Arċisqof flimkien mal-Isqof Awżiljarju jagħti l-awguri ta’ sena ġdida lill-E.T. il-President ta’ Malta u s-Sinjura Abela, l-Awtoritajiet Ċivili u s-Soċjeta Ċivili, il-Belt Valletta.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u l-kant tat-Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tat-tmiem tas-sena 2013, il-Belt Valletta.
     
    L-Erbgħa
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Paci, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
    8.00 p.m.         L-Arċisqof  iżur id-Dar tal-Providenza waqt il-maratona ġbir ta’ fondi, is-Siġġiewi.
     
    Il-Ħamis         
    10.00 a.m.       L-Arċisqof  jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakultà tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    Il-Ġimgħa
    4.30 p.m.         L-Arċisqof  jippresiedi laqgħa tal-Fundazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi, fil-Kurja.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi Symposium tal-Kommunità Abramo, fil-Knisja ta’ San Injazju, tas-Sliema.
     
    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof  jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.
     
    Il-Ħadd
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl’okkazjoni tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Kappella tal-Madliena.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi festin tal-Milied għas-saċerdoti, id-Dar tal-Kleru, Birkirkara.