Waqt xogħlijiet minn Infrastructure Malta fi Triq Santa Monika, Tal-Pietà, instab passaġġ maqtugħ fil-blat taħt l-art b’żewġ xbihat reliġjużi. Biswithom instab xelter imdaqqas fi stat tajjeb, possibbilment tat-Tieni Gwerra Dinjija, li kien fih ħafna iktar xbihat imnaqqxa fil-blat.
Ir-ritratti meħuda mill-fotografu uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Ian Noel Pace, juru d-dettall fl-iskultura mnaqqxa fil-blat u d-devozzjoni lejn Alla ta’ missirijietna fi żminijiet diffiċli fl-istorja ta’ pajjiżna.
Infrastructure Malta bħalissa qed taħdem mas-Supretendenza għall-Wirt Kulturali biex tara kif se jiġi preservat dan ix-xelter u x-xbihat ta’ ġo fih.
Iż-żewġ xbihat imnaqqxa li nstabu fil-passaġġ maqtugħ fil-blat
Uħud mix-xbihat li nstabu fix-xelter