-
L-Arcisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa Solenni tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina, dalgħodu, il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fid-9:00 a.m.
Qabel il-Quddiesa ser issir iċ-ċerimonja tal-investitura fejn l-Arċisqof ser jagħti l-pussess lill‑Kanonċi l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan. Dawn huma: Mons. Emmanuel Agius, Mons. Richard Borg, Mons. Joseph Brincat, Mons. Vincent Cachia, Mons. Joseph Farrugia, Mons. Hector Scerri, Mons. Alfred Vella u Mons. Edgar Vella.
-