L-Arċidjocesi ta’ Malta tiddiżassoċja ruħha mill-Komunità Ġesù Salvatur. B’deċiżjoni tal-Arċisqof Charles Scicluna, ebda saċerdot jew reliġjuż/a ma għandu jieħu sehem f’laqgħat organizzati mill-komunità Ġesù Salvatur u dawn il-laqgħat lanqas m’għandhom ikunu ospitati fi knisja jew f’xi proprjetà tal-Knisja.