-
-
Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija – Festa
San Mattew 12:46-50
F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.
Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk”.
Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”.
Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.