-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-Isqof Malti fil-Perù, Mons. Giovanni Cefai, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mal-wasla tiegħu f’Malta dalgħodu. Din hi l-ewwel żjara tal-Isqof Cefai f’Malta minn meta fit-3 ta’ April li għadda l-Papa Franġisku ħatru Isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù. Waqt iż‑żjara tiegħu f’Malta, l‑Isqof Giovanni Cefai se jiċċelebra diversi quddies f’Malta.
Agħfas hawn biex taqra aktar dettalji dwar iż-żjara ta’ Mons. Cefai f’Malta.