• Fis-suq kollu tal-bejgħ tal-armi, hemm 10 pajjiżi li flimkien jagħmlu 90% tal-bejgħ.
    L-Istati Uniti u r-Russja huma l-ikbar esportaturi, u matul l-2016, bejniethom għamlu profitt ta’ aktar minn 16-il biljun dollaru. Il-pajjiżi l-oħra li jagħmluha mal-ewwel ħamsa huma l-Ġermanja, Franza u ċ-Ċina, li kollha żiedu l-ammont ta’ armi esportati. Dawn il-ħames pajjiżi huma responabbli mill-74% tal-esportazzjoni tal-armi fid-dinja kollha.
    Fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha sabiex jingħaqdu miegħu fit-talb u jitolbu għat-tmiem tan-negozju tal-armi.
     
    “Din il-gwerra jew l-oħra huma gwerer għaliex issolvu l-problemi jew hi gwerra kummerċjali biex jinbiegħu illegalment l-armi biex in-negozjanti tal-mewt ikunu jistgħu jsiru aktar sinjuri?” qal il-Papa.
     
    “Fid-dinja tal-lum qed jinxtered ħafna demm. Illum id-dinja hi fi gwerra. Qed imutu ħafna nies, anke innoċenti, għaliex l-ikbar u l-iktar nies b’saħħithom iridu biċċa mid-dinja; iridu ftit iktar poter, jew iridu jagħmlu ftit aktar flus mit-traffikar tal-armi.”
     
    Madanakollu, l-Istati Uniti weħidhom jagħtu l-armi lill-aktar minn 100 pajjiż. Fl-2016, din l-industrija multi-biljunarja tat aktar minn 31 biljun dollaru lil dawn il-pajjiżi.
     
    Il-pajjiżi li huma interessati jimpurtaw dawn l-armi huma l-Indja, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija.
     
    Sors: Romereports