-
-
Il‑Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2017, fis‑6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 3 ta’ Ġunju, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Marija Bambina, il‑Mellieħa.
Il‑Ħadd 4 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 11 ta’ Ġunju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti li jattendu l‑iskola San Anton, fil‑kappella tal‑Università, Tal‑Qroqq.
It‑Tnejn 12 ta’ Ġunju, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jirċievi l‑wegħda taċ‑ċelibat tas‑seminaristi Anton D’Amato u Bernard Micallef, li ser jiġu ordnati djakni, fis‑Seminarju tal-Arċisqof, Tal‑Virtù.
Il‑Ġimgħa 16 ta’ Ġunju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑aħħar ġurnata tat‑Tridu fil‑Festa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż‑Żebbuġ.
Il‑Ħadd 18 ta’ Ġunju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq tal‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 24 ta’ Ġunju, Solennità tat‑twelid ta’ San Ġwann il‑Battista, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi purċissjoni bir‑relikwa tal‑qaddis ma’ xi toroq tal‑Belt, u Quddiesa Pontifikali bl‑Għasar, bis‑sehem tal‑Kapitlu tal‑Katidral u membri tal‑Ordni ta’ San Ġwann, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 25 ta’ Ġunju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa ta’ San Nikola, fil‑Knisja Arċipretali tas‑Siġġiewi. Fis‑6.00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.
It‑Tnejn 26 ta’ Ġunju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna żewġ seminaristi u ħames reliġjużi fl‑ordni tad‑djakonat, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta u fuq Radju Marija.
L‑Erbgħa 28 ta’ Ġunju, fis‑5:45 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi Translazzjoni Solenni u fis‑6:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa bl‑Ewwel Għasar, lejlet il‑Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta
Il‑Ħamis 29 ta’ Ġunju, fit‑7:45 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi purċissjoni sal‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir‑Rabat. Fid‑9:30 a.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Ordinazzjoni Presbiterali, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li fiha tliet seminaristi u tliet reliġjuzi jiġu ordnati saċerdoti. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta u fuq Radju Marija.