-
-
Is-Sibt, 8 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi.It-tradizzjoni tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi tmur lura madwar 80 sena, fejn it-tfal, kemm bniet u anke subien, jilbsu ta’ suldati, personaġġi bibliċi u membri tal-Kleru kif ukoll jerfgħu vari żgħar tal-Ġimgħa l-Kbira.
Ta’ kull sena, f’din il-purċissjoni jieħdu sehem madwar 150 tifel u tifla.
-
-
Ritratti: Josef Agius