-
-
San Luqa 6:36-38
Ġesu qal lid-dixxipli: Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.”Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżheż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom.”
Qaddisa tal-jum: Santa Ewfrasja, Verġni u Martri