Wara li l-bieraħ, il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2013, tħabbret il-mewt tal-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, Patri Joseph Cilia OFM Conv, fl-età ta’ 61 sena, il-komunità tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali qed tħabbar il-programm tal-funeral.
It-Tnejn, 13 ta’ Mejju 2013
4:15 p.m. Il-korteo bil-katavru ta’ Patri Joseph Cilia jitlaq mid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
4:30 p.m. Il-korteo jieqaf ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad fejn il-katavru jitbierek mill-komunità tal-patrijiet ta’ din il-Parroċċa.
4:45 p.m. Il-korteo jieqaf ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra fejn il-katavru jitbierek mill-komunità tal-patrijiet ta’ din il-Parroċċa.
5:00 p.m. Il-patrijiet tal-komunità flimkien mal-kommunità parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar ser jilqgħu il-korteo fejn il-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien ta’ San Pawl il-Baħar. Minn hemm, il-katavru ta’ Patri Joseph ser jitwassal sal-Knisja Parrokkjali u jitqiegħed fil-Kappella tal-Kurċifiss għall-qima tal-pubbliku.
6:30 p.m. Quddiesa konċelebrata b’sufraġju għal ruħ Patri Joseph Cilia. Wara l-Quddiesa tibda velja ta’ talb.
It-Tlieta, 14 ta’ Mejju
5:30 a.m. Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar tiftaħ u tibqa’ miftuħa sa nofsinhar.
3:00 p.m. Issir ċelebrazzjoni tal-quddiesa presente cadavere b’suffraġju għal ruħ Patri Joseph Cilia. Wara l-Quddiesa, jibda korteo fejn il-Banda San Pawl ser takkumpanja l-katavru sa ħdejn il-forn ta’ Ġormina. Minn hemm isir it-tluq għad-difna fiċ-ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar.
Niftakru fih fit-talb tagħna.
Ritratt: Photocity, Valletta