It-tema tal-ewwel episodju ta’ Aħseb u Ara hi l-polarizzazzjoni fid-diskors, għalfejn tiġri, u kif qed tikber. Tissemma l-importanza tal-laqgħa mal-“ieħor”, kemm f’dak li naqblu kif ukoll f’dak li ma naqblux. X’nistgħu nagħmlu biex id-djalogu jġib għaqda u mhux firda?

🎙️ Mistiedna

Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Benjamin Flores-Martin – Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.