Minn meta kien imniedi f’Ottubru 2009 sal-aħħar tas-sena li għaddiet, is-sit elettroniku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta – www.maltadiocese.org, kellu 256,078 hit minn 119,825 absolute unique visitors, li b’kollox bejniethom żaru 892,045 paġna.

Is-sit elettroniku qed jinżamm aġġornat b’mod regolari u kemm ilu li kien imniedi, baqa’ jiġi żviluppat. Kelliemi għall-Kurja tal-Arċisqof qal lil IL-ĠENSillum online li “l-websajt intlaqgħet tajjeb ħafna u tiġi segwita minn għadd sodisfaċenti ta’ nies b’mod interattiv”.

Il-kelliemi kompla jgħid li l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Kurja qed jagħmel ħidma kontinwa wkoll permezz tal-Youtube u tal-Facebook “bil-ħsieb li l-Knisja tidħol aktar fil-midja soċjali”.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com