Għal numru ta’ snin kienu qed isiru allegazzjonijiet dwar fenomeni u messaġġi li qed iseħħu f’rabta ma’ Borġ in-Nadur. L-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta iħossu li fl-evalwazzjoni u fid-dixxerniment ta’ dawn l-allegati fenomeni u messaġġi, wasal iż-żmien li jagħtu direttivi biex dawn il-fenomeni u messaġġi ma jibqgħux jixxandru u jkunu interpretati b’mod pubbliku. Għal dan il-għan ukoll, is-Sur Angelik Caruana se jibda jieħu sehem personalment f’Borġ in-Nadur biss fis-26 ta’ kull xahar. Dan qed isir sakemm l-Awtoritajiet tal-Knisja jagħtu direttivi oħra. Sadanittant, l-Awtoritajiet tal-Knisja se jkomplu jirċievu u jevalwaw kull informazzjoni u stħarriġ xjentifiku marbut ma’ dan il-każ.