• ***   

    Direttur: Nima Nourizadeh

    Atturi: Jesse Eisemberg, Kristen Stewart, Topher Grace, Connie Britton, Walton Goggins, John Leguizamo, Bill Pullman u Tony Hale

    Ħin tal-film: 96 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Mike Howell jgħix ġewwa l-belt ta’ Liman, f’West Virginia. Hawn jaħdem ġewwa ħanut u qiegħed jippjana biex jipproponi mħabbtu lill-maħbuba tiegħu Phoebe Larson. Sfortunatament qatt ma sab il-mument tajjeb li jagħmel dan. Psikoloġikament jinsab fi stat li minn żmien għal żmien ikollu attakki ta’ paniku. Meta Mike kien ippjana li jieħu lil maħbuba tiegħu Pheobe fil-Hawaii fejn hemm kellu ħsieb li jipproponi mħabbtu għaliha, kellu wieħed minn dawn l-attakki. Sadanittant ġewwa Langley, Virginia, Victoria Lasseter, aġent tas-CIA,  issir taf li l-program bl-isem ta’ ULTRA,  kien falla u li Adrian Yates, ir-rival tagħha ma rrnexxielux jellimina l-aħħar minn dawn l-Ultra. Għalħekk Victoria tieħu f’idejha l-missjoni u tqiegħed l-aġenti tagħha bħala parti minn proġett magħruf  bħala Tough Guy,  biex jieħdu ħsieb lil Mike. Mike fil-fatt, għalkemm kien wiehed minn ULTRA AMERIKAN, kien bnIedem uman u għalhekk kellu d-dritt għal ħajja. Victoria tmur Liman u hemm  tattivah permezz ta’ kliem bil-kowd. Iżda Mike minħabba li kien jagħmel użu spiss mid-droga ma fehemx il-messaġġ li Victoria xtaqet tagħddielu.  Yates minnaħa tiegħu beda  jagħmel minn kollox biex jellimina lil Mike li minħabba li kellu saħħa fenominali, rrnexxielu jellimina u joqtol lil dawk li ġew biex joqtluh.  Mike ma setgħax jifhem għaliex kien il-mira ta’ dawk li ġew biex joqtluh u għalhekk b’paniku kbir fuqu sejjaħ lil Phoebe. It-tnejn jinqabdu mill-pulizija u jsibu ruħhom arrestati.   Yates jibghat zewg aġenti, Laugher u Crane biex joqtlu lil Mike u Phoebe fejn kienu arrestati izda wara li Mike joqtol lil Crane, flimkien ma’ Phoebe jaħarbu u jmorru għand Rose, il-ħabiba ta’ dak li kien fforni lil Mike bi droga. X’qiegħed jiġri u ghaliex Yates kien diterminat li jellimina lil Mike?   

    Film Amerikan,  mimli azzjoni u taħt id-direzzjoni ta’ Nima Nourizadeh,  ilaqqgħana ma’ Mike Howell li kien qiegħed jiġi mfittex minħabba li kien jagħmel parti minn proġett magħruf bħala AMRICAN ULTRA. L-esperiment falla u għalhekk inħass il-bżonn li jiġi eliminat. Għalkemm il-memorja tiegħu kienet ġiet imħassra, iżda Mike żamm il-qawwa li jiddefendi ruħu u dan jagħmlu flimkien mal-maħbuba tiegħu Pheobe. Minħabba vjolenza eċċessiva, numru ta’ xeni mdemmija,  koabitazzjoni kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.