-
-
Waqt l-Anġelus tal-Ħadd, lill-pellegrini u turisti li nġabru fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qara il-famuża parabbola taż-żerriegħa.
Il-Papa spjega li dak li tefa’ ż-żerriegħa hu Ġesù, iżda l-parabbola titkellem dwar il-ħamrija u mhux min żera’.
Il-Qdija Tiegħu enfasizza li “Ġesù qisu jwettaq radjografija spiritwali ta’ qalbna,” li hi l-bażi fejn iż-żerriegħa tal-Kelma, taqa’. Qalbna, kompla jgħid il-Papa, “hi bħall-ħamrija, li tista’ tkun tajba meta l-Kelma tħalli frott, iżda tista’ tkun iebsa u ma tħallix ilma jgħaddi minnha.”
Iddeskriva wkoll kif apparti dawn it-tipi differenti ta’ ħamrija, hemm ukoll żewġ tipi differenti ta’ art. L-ewwel waħda hi art biż-żrar fejn iż-żerriegħa ma tistax tkabbar l-għeruq fil-fond. Din, qal il-Papa Franġisku, “hi l-qalb superfiċjali li tilqa’ lil Ġesù, tixtieq titlob, tħobb u tkun xhieda, iżda m’għandhiex perseveranza.”
Hu jkompla jgħid li mbagħad “hemm art kollha xewk u ġebel li joħonqu l-pjanti t-tajbin.” Din it-tip ta’ ħamrija, qal Franġisku, hi d-dinja mimlija ġid u regħba, waqt li l-ġebel huma dawk li qed jgħixu fil-qalb tal-bniedem.
Bl-għajnuna tal-Mulej, żied jgħid il-Papa, nistgħu inġbu lura l-art permezz tal-konfessjoni u t-talb, li jneħħu l-ġebel u x-xewk u jippurifikaw qlubna.
Waqt l-Anġelus, il-Papa ftakar ukoll fil-Madonna tal-Karmnu, li ġiet iċċelebrata fis-16 ta’ Lulju stess.
Sors: Radju tal-Vatikan