-
Anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Pawlu Cremona
-
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra s-seba’ anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2014, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.
Ċirkulari tal-Kurja maħruġa minn Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, tħeġġeġ ukoll lill-membri tal-Knisja biex fil-jum proprju ta’ dan l-anniversarju, jiġifieri il-Ħadd 26 ta’ Jannar, l-Insara jiftakru b’mod speċjali fir-Ragħaj Spiritwali u fl-intenzjonijiet tiegħu, fit-talb tagħhom.
Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq is-68 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda l-missjoni pastorali tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.