L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra s-sitt anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2013, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq is-67 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda l-missjoni pastorali tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.
Ċirkulari tal-Kurja maħruġa mill-Isqof Charles J. Scicluna, Vigarju Ġenerali, tħeġġeġ lill-membri tal-Knisja biex jitolbu l-Mulej iħares u jseddaq lill-Arċisqof.
Ritratt: Photocity, Valletta.