“U jien għalfejn se mmur 20 minuta fuq il-katamaran mal-papa?” “kemm ha ndum nistenna, dan ġej jew?”. Meta niftakar li ħsibijiet li bdew jgħaddu minn moħħi dak il-ħin tfeġġli tbissima fuq fommi f’dik il-ġurnata tant speċjali, nhar it18 ta’ April, 2010. Sinċerament ma kont naf għalxiex dieħel u x’jista’ jiġri. Nistqarr, li mal-wasla tal-Papa Benedittu XVI qisu bhal bdejt noħlom u ħassejtni qisni qed ninqata’ mid-dinja reali. Meta bniedem jkun se jiltaqa’ mal-Papa bosta mistqosijiet ifeġġu f’moħħu imma nammetti li dak il-ħin bħal issummajt quddiemu. Fejn is-soltu inparla u ma nieqafx, din id-darba qass lissint kelma. Xħin hadtlu b’idejh rajt dawk l-għajnejn jixgħelu u kollom ferħ li qatt ma rajt qabel. Minn dak il-Papa li skond il-medja huwa stramb fost uħud mit-titli li tawh, rajt Papa daħkan u vera dħuli li jinżel għal-livell tagħna, ż-żgħażagħ. Nammetti kont mejjet biex insaqsih xi mistoqsija imma mal-ewwel staqsini hu. Dar fuqi u qalli “And you, what are you doing?”. Ried ifisser x’konna qedgħin nagħmlu f’dak iż-żmien u fuq xiex nixtiequ inkomplu nistudjaw. Jien għedtlu bħalissa qed nagħmel l-eżamijiet. Bi tbissima dħulija qalli “you’re telling me this to pray for you!”. Kienu għoxrin minuta fejn laqqas naf jekk hux qed noħlom jew verita’. Esperjenza unika li ġelitni nemmen iktar f’dan il-mexxej u nappoġjah aktar bħala ir-ragħaj tal-Kattoliċi!