Is-Segretarjat għas-Saċerdoti Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (SMPO) jsellem lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin li qed jaqdu dawn id-dmirijiet missjunarji u juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma siewja li dawn qegħdin iwettqu f’dan il-qasam.
Is-Segretarjat jistieden lill-Maltin biex meta jiltaqgħu madwar mejda, fil-familja u fi gruppi, jieqfu għal mument u jaħsbu fid-diffukultajiet li għaddejjin minnhom dawk li qegħdin jaħdmu fil-Pakistan u l-Indja. Inħeġġu lill-għaqdiet joffru talba għalihom.
Attwalment hemm għadd ta’ Patrijiet Ġiżwiti, Sależjani u Membri tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, Sorijiet Dumnikani, Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’, Sorijiet tal-Karita’ kif ukoll Sorijiet ta’ Ġesu’ Nazzarenu Ulied il-Qalb ta’ Gesu’ li jaħdmu f’artijiet il-bogħod minn xtutna.