Fuq talba tal-E.T. Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, Caritas Malta bħala l-aġenzija tal-Knisja f’Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk il-persuni li tilfu lil qrabathom u djarhom, u lil dawk midruba, kawża tat-terremot li seħħ fl-Italja. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna u fost il-vittmi hemm ħafna tfal.
Għalhekk, il-ġabra li se ssir fil-parroċċi u fil-knejjes fil-weekend li ġej, is-Sibt 27 ta’ Awwissu filgħaxija u l-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016, ser isservi biex l-Insara jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom biex jiġu megħjuna dawk il-persuni milquta mit-terremot fiċ-ċentru tal-Italja.
Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani, jew jitwasslu personalment il-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Emergency Fund’, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514.
Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
· HSBC A/C: 089021513050, BIC: MMEBMTMT,
IBAN: MT49MMEB44897000000089021513051
· BOV A/C: 4002327007-1, BIC: VALLMTMT,
IBAN: MT78 VALL 2201 3000 0000 4002 3270 071
· APS A/C: 1048901101-5, BIC: APSBMTMT,
IBAN: MT31 APSB 7704 6000 4890 1048 9011 015
Il-Knisja f’Malta qed tappella wkoll għat-talb għall-vittmi u għall-familji tagħhom, għal dawk kollha li huma midruba, u għal dawk kollha li b’mod jew ieħor qed jagħtu l-għajnuna meħtieġa lil dawk milquta mit-terremot.