-
-
Fr Henry Balzan, li sas-sena l-oħra kien kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, preżentament qed iservi fil-missjoni bħala Kappillan fil-Parroċċa ta’ Diego de Almagro, ic-Ċile. Fr Henry jixtieq jirranġa s-saqaf tal-Knisja Parrokkjali u għalhekk sab perit li jgħinu biex isir dan il-proġett.
L-iskop huwa biex jitneħħa l-periklu li jeżisti peress li s-saqaf huwa tal-asbestos, li huwa ta’ periklu għas-saħħa, u biex il-binja tiflaħ għat-theżżiżiet li jaħkmu lir-reġjun. Għalhekk, id-disinn il-ġdid huwa maħsub biex isaħħaħ il-binja kollha u biex titnaqqas is-sħana tad-deżert b’mod partikolari fis-sajf meta l-Knisja tkun mimlija għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.
-
-
-
-
Il-fondi meħtieġa biex isir dan ix-xogħol huwa ta’ €80,000, li jinkludi x-xiri tal-materjal u l-ħlas lill-ħaddiema. Sfortunatament, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-parroċċa ma tippermettix dan l-infiq u għalhekk Fr Henry qiegħed jappella għall-għajnuna.
Kull min jixtieq jgħin lil Fr Henry Balzan jista’ jagħmel dan billi joffri donazzjoni fil-kont bankarju tal-parroċċa:
Isem il-bank: Banco Del Estado de Chile, Chile
Isem il-kont: Parroquia del Espiritu Santo
Numru tal-Kont: 117 00025618
RUT: 70.055.505-4 (ID number tal-Parroċċa bħala persuna ġuridika)
Indirizz tal-Branch: Avenida Juan Martinez, Diego de Almagro, III Región de Chile
SWIFT: BECH CL RM