• L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech qed jappellaw lill-Parlament Malti sabiex wara li approva l-emendi fl-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn, ma jiħux miżuri oħra li jnaqqsu d‑dinjità tal‑ulied, bħal pereżempju l‑kiri tal‑ġuf (surrogacy) u d‑donazzjoni tal‑gameti (gamete donation).

    Dan l-appell qed isir sabiex is‑soċjetà tagħna tibqa’ tagħraf li l‑ulied huma don li għandu jkollhom dejjem l‑ambjent adattat fejn jitnisslu, jitwieldu u jikbru b’mod seren u b’ħafna mħabba. L-Isqfijiet jisħqu li l‑vuċi tat-tfal għandha tinstema’ b’mod qawwi fis‑soċjetà Maltija.

    Agħfas hawn biex taqra l-istqarrija tal-Isqfijiet dwar l-impenn tal-Knisja favur żwieġ bejn raġel u mara.