-
-
Il-Kunsill Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi (Malta) (KSMR), illi jirrappreżenta id-29 Ordni Reliġjuż f’Malta u Għawdex, jappoġġja bis-sħiħ lill-Aħwa Ġizwiti Maltin fl-appell tagħhom kontra l-proposta illi tinbena ‘shooting range’ biswit id-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, l-ewwel u qabel kollox għax jemmen li din hija kawża ġusta. Il-fatt li d-Dar tal-Irtiri Mt St Joseph ilha mibnija dawn is-snin kollha u tat servizz lil tant persuni li jmorru f’dan il-post sabiex jgħaddu żmien fil-kwiet ta’ talb u dixxerniment, għandha tibqa’ żżomm l-identita’ tagħha bħala dar tal-Irtiri.
-
-
-
Fuq kollox din id-dar hija dar ta’ preżenza għall-Aħwa Ġiżwiti Maltin li nbniet b’tant sagrifiċċji mhux biss tagħhom imma wkoll ta’ tant persuni oħra li għenu b’modi differenti sabiex Malta jkollha djar bħal dawn li huma ftit ħafna, minkejja l-bżonn tagħhom dejjem qiegħed aktar jinħass.
Din l-istqarrija inħarrġet bl-appoġġ sħiħ tal-membri kollha tagħha: De La Salle Brothers – Br Martin Borg; Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl – Fr Frankie Cini; il-Patrijiet Franġiskani Minuri – Fr Richard Stanley Grech; il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini – Fr Martin Micallef; il-Patrijiet Franġiskani Konventwali – Fr Alfred Calleja; il-Patrijiet Karmelitan – Fr Alexander Vella; il-Patrijiet Karmelitani Skalzi – Fr Emanuel Schembri; il-Patrijiet Dumnikani – Fr Frans Micallef; il-Patrijiet Agostinjani – Fr Ray Francalanza; is-Sależjani – Fr Paul Formosa; il-Ġiżwiti – Fr Patrick Magro; is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija – Sr Mary Grace Mercieca; is-Soriijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’ – Superjura Ġenerali Sr Pauline Farrugia u s-Superjuri Provincjali; Ulied il-Qalb ta’ Gesu – Sr Rita Vella; is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ – Sr Josephine Xuereb; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Għawdex) – Sr Elsa Gretter; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara (Malta) – Sr Theresa Curmi; is-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija – Sr Josephine Azzopardi; is-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesu’ Nazzarenu – Sr Consuelo Debono; is-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ – Sr Therese Curmi; is-Sorijiet Dumnikani – Sr Carmelita Borg; is-Sorijiet Agostinjani – Sr Atanasia Buhagiar; Little Sisters of the Poor – Sr Marie An Sean Sook; is-Sorijiet tal-Bon Pastur – Sr Doris Saliba; Sisters of the Sacred Heart – Sr Carmen Valentino; is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparazzjoni – Sr Cecilia Schembri; is-Sorijiet tal-Karita’ – Sr Maria Salvina Bezzina; is-Sorijiet tad-Dorotej – Sr Frances Galea; is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara – Sr Roberta Spiteri.