-
-
Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja jixtieq javża li ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għal żewġ postijiet għal subien fl-ewwel sena sekondarja 2015-2016, fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gżira. L-applikazzjonijiet isiru nhar it-Tlieta, 15 ta’ Settembru 2015, fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 16, Triq il-Mall, il-Furjana, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.
Jekk jinqalgħu postijiet vakanti oħra, jintużaw dawn l-applikazzjonijiet.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu skont dawn il-kriterji: Studenti skont l-ewwel kriterju jiġifieri tad-Djar tal-Knisja, aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u transfers, u skont it-tielet kriterju applikanti oħra. Għal dawn il-postijiet ma humiex applikabbli każijiet serji għax m’għandniex postijiet vakanti għalihom.
L-applikanti għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2004. Min se japplika għandu jippreżenta dawn id-dokumenti: Il-Kattoliċi jippreżentaw ċertifikat tal-Magħmudija (oriġinali, u mhux fotokopja); ċertifikat tat-twelid (tal-Insinwa) tat-tifel (oriġinali, u mhux fotokopja); tintwera l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel, ma hemmx bżonn ta’ fotokopja; ritratt tat-tifel (daqs ta’ passaport). Jekk il-ġenituri huma separati jeħtieġ id-dokument riċenti li jindika l-kustodja tat-tfal. Il-ħlas għall-applikazzjoni huwa ta’ €14. Aktar dettalji fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt: www.thechurchinmalta.org .
Dan il-proċess se jitmexxa skont ir-Regolamenti tad-Dħul. Il-polza tal-applikanti se ssir nhar il-Ħamis, 17 ta’ Settembru 2015, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-polza tibda fis-1.00 ta’ wara nofsinhar. Immedjatament wara ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal, għaldaqstant huwa importanti li l-ġenituri jkunu preżenti għall-polza.
F’każ ta’ diffikultà tistgħu ċċemplu fuq 27790077 – 27790060.