“Il-Voluntier tal-lum qed jimita l-akbar voluntier, li hu Sidna Ġesù Kristu, li mhux biss ta ħinu imma wkoll ħajtu għall-umanità kollha”.
Hekk qal l-Arċisqof Pawl Cremona OP f’diskors qasir li għamel waqt riċeviment li sar fil-Limestone Heritage, fis-Siġġiewi, għall-voluntiera kollha tad-Dar tal-Providenza.
Ir-ringrazzjament tal-voluntiera hi rikorrenza annwali għad-Dar tal-Providenza, għalkemm din is-sena r-rikorrenza ħadet sinjifikat ikbar hekk kif qed titfakkar is-Sena tal-Volontarjat.
L-Arċisqof fisser li ċ-ċentru tal-volontarjat m’għandux ikun is-sodisfazzjon imma l-ħtiġijiet reali tal-persuna li tkun qed tiġi megħjuna, u fakkar li Kristu wiegħed li l-Mulej irodd bil-mija u wieħed fil-mija dak kollu li jsir ma’ ħaddieħor f’Ismu.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com